作词 : Emil Calleja Bayliss 作曲 : Mark Scicluna F’lejl jiddi taħt firxiet ta’ smewwiet blu Ilmaħtek riesaq qrib, biex lili ssib Ħarist fil-fond t’għajnejk u jien tbissimt Sakemm intlift fiċ-ċpar, u erġajt fhimt Jien hawn, ‘il fuq inħares lejk Nixtieq, li nkun għal dejjem ħdejk Int kewkba f’sema skur Tinsab kull fejn indur Twassalni fejn nixtieq Mill-idlam mgħodijiet Int kewkba tħuf fis-skiet Fost l-isbaħ mill-kewkbiet Il-lejl timlieh bl-ilwien Iddawwal kullimkien Ħassejt idejk imellsu dal-ħaddejn In-nifs tqil tagħna t-tnejn, li għeb fix-xejn U issa r-riħ ixxotta d-dmugħ li bkejt U ħadek ‘l hemm fil-bogħod, minn fejn kont ġejt Jien hawn, il fuq inħares lejk Nixtieq, li nkun għal dejjem ħdejk Int kewkba f’sema skur Tinsab kull fejn indur Twassalni fejn nixtieq Mill-idlam mgħodijiet Bik f’ħajti erġajt sibt It-tama li kont tlift Kont spalla xħin waqajt Mill-qiegħ lili erfajt Bħal dgħajsa f’oċean Urejtni d-dawl fid-dlam Nimirħu l-univers Nintilfu ġo l-immens Int kewkba f’sema skur Tinsab kull fejn indur Twassalni fejn nixtieq Mill-idlam mgħodijiet Int kewkba tħuf fis-skiet Fost l-isbaħ mill-kewkbiet Il-lejl timlieh bl-ilwien Iddawwal kullimkien